Il-Programm Ewropew tal-Ħalib għall-Iskejjel
Il-Programm tal-UE tal-Ħalib għall-Iskejjel m'għandux x'jaqsam biss mal-ħalib. Hu dwar ħalib, jogurt, ġobon, xorrox tal-butir u prodotti delizzjużi oħra magħmula mill-ħalib li huma importanti għan-nutriment u għal dieta bilanċjata. U għandu wkoll x'jaqsam miegħek u ma' l-istat tajjeb ta' saħħtek: tiekol tajjeb, iżżomm ruħek f'saħħtek u tkun f'saħħtek.
Billi huma mimlijin kalċju, vitamini, minerali u nutrijenti oħra li ġismek għandu bżonn, il-ħalib u l-prodotti magħmula mill-ħalib jagħtuk is-saħħa fil-ħajja ta' kuljum. Esplora l-websajt tagħna u tgħallem aktar dwar "is-saħħa" li jtuk il-prodotti magħmula mill-ħalib u ttestja kemm taf fuq il-ħalib u l-prodotti li huma magħmula minnu.
Għandek funtana tal-ħalib l-iskola tiegħek? Tista' tieħu jogurt jew ħalib waqt il-brejk ta' l-iskola? Kont taf li f'ħafna postijiet il-Programm Ewropew tal-Ħalib għall-Iskejjel jgħin biex l-iskola tiegħek toffrilek dawn il-prodotti u prodotti oħra magħmula mill-ħalib? Il-frott u l-ħaxix ukoll huma importanti biex iżżomm ruħek f'saħħtek, u għalhekk l-UE tixtieq tagħtik frott u ħaxix b'xejn fl-iskola tiegħek permezz ta' l-Iskema proposta tal-Frott.

ibqa' aqra




