Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

Contact

Dikjarazzjoni ta’ Privatezza għall-Kuntatti

Is-servizz-e speċifiku CONTACT

Is-servizz tal-Kummissjoni inkarigat mis-servizz-e CONTACT imsemmi fuq se jiġbor biss dak it-tagħrif li jkun meħtieġ biex tiġi pproċessata t-talba tiegħek sabiex tintbagħtlek tweġiba. Jekk is-servizz ma jkunx jista’ jwieġeb il-mistoqsija tiegħek, jgħaddiha lil servizz ieħor fi ħdan id-Direttorat Ġenerali rispettiv jew lil Direttorat Ġenerali ieħor. Tirċievi messaġġ li jgħarrfek dwar l-attribuzzjoni mill-ġdid lil servizz ieħor.

Min għandu aċċess għat-tagħrif tiegħek u lil min jinkixef?

Għandhom aċċess għat-tagħrif tiegħek l-uffiċjali tal-Kummissjoni responsabbli għas-servizz-e CONTACT u l-Kontrollur.

Barra minn hekk, sabiex tasallek tweġiba, f’każ li t-talba tiegħek ikollha tgħaddi għand servizz ieħor tal-Kummissjoni, it-tagħrif tiegħek ikun jista’ jingħata lil din is-servizz.

Kif inħarsu u nissalvagwardjaw it-tagħrif dwarek?

It-tagħrif miġbur fis-servizz-e CONTACT ma huwa aċċessibbli għal ħadd barra l-Kummissjoni. Fil-Kummissjoni, it-tagħrif jista’ biss jiġi aċċessat minn staff maħtur tal-Kummissjoni bl-użu ta’ User ID u password.

Kif tista’ tivverifika, tbiddel jew tħassar it-tagħrif dwarek?

M’għandek l-ebda aċċess għat-tagħrif maħżun. Jekk tixtieq tbiddel jew tħassar xi tagħrif dwarek, jekk jogħġbok ibgħat messaġġ lil agri-E5.

Għal kemm indumu nżommuh it-tagħrif tiegħek?

Kull tagħrif li jaslilna jinħażen għal massimu ta’ sena.

Informazzjoni ta’ kuntatt

Jekk għandek xi mistoqsija jew talba marbuta ma’ l-informazzjoni li ressaqt, jekk jogħġbok ibgħat messaġġ lil agri-E5.