Konsultazzjoni għar-reviżjoni tal-politika Ewropea dwar l-agrikultura organika
Titlu
Reviżjoni tal-politika Ewropea dwar l-agrikultura organika – Konsultazzjoni Pubblika
Qasam ta' politika
Agrikultura
Gruppi mmirati
Iċ-ċittadini kollha, organizzazzjonijiet u awtoritajiet pubbliċi li huma kkonċernati minn reviżjoni tal-politika Ewropea dwar l-agrikultura organika huma mistiedna jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni.
Perjodu ta’ konsultazzjoni
15/01/2013 – 10/04/2013
Għan tal-konsultazzjoni
Sfond – l-agrikultura organika fl-UE
Il-biedja organika u l-produzzjoni għandhom rwol ekonomiku importanti fil-pajsaġġ agrikolu tal-UE. Dawn jistgħu jipprovdu alternattiva orjentata lejn is-suq għall-produtturi agrikoli li jixtiequ jirrispondu għad-domanda dejjem tikber għal prodotti ta’ kwalità għolja, li jirrispettaw l-ambjent.
Skont il-Politika Agrikola Komuni, il-produzzjoni organika hi assistita minn appoġġ finanzjarju Ewropew, politiki u liġijiet. Dan l-approċċ hu mmirat li jsaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur filwaqt li jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-kompetizzjoni ġusta fost il-produtturi organiċi f’27 pajjiż tal-UE. Ir-regoli għal produzzjoni organika huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill Nru 834/2007





















u r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 889/2008





















.
Il-biedja organika tkopri relattivament parti limitata miż-żona agrikola utilizzata tal-UE - madwar 5% - iżda s-settur hu mmexxi minn domanda tal-konsumatur li aktar ma jgħaddi żmien aktar qed tikber. Fil-kriżi ekonomika attwali, il-konsumaturi se jkomplu jħaddnu stil ta’ ħajja aktar sostenibbli u konsum ogħla ta' prodotti organiċi?
Kwistjonijiet f’din il-konsultazzjoni
F'din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea tixtieq l-opinjoni tiegħek dwar l-aħjar mod li bih tista’ tiġi żviluppata l-biedja organika.
Punti ewlenin:
- is-simplifikazzjoni tal-qafas ġuridiku – filwaqt li jiġi żgurat li l-istandards mhumiex jiddgħajfu
- il-koeżistenza ta' prodotti tar-raba’ ġenetikament modifikati (ĠM) ma' biedja organika
- is-sistemi ta' kontroll aħjar u l-arranġamenti kummerċjali għal prodotti organiċi
- l-impatt tar-regoli l-ġodda dwar it-tikketti (speċjalment l-użu attwali obbligatorju tal-logo Ewropew fuq il-prodotti organiċi kollha mill-UE – dan irnexxielu jagħmel il-prodotti organiċi aktar viżibbli?)
Kwistjonijiet oħrajn:
- Il-pjan ta' azzjoni – fl-2004, il-Kummissjoni nediet Pjan ta' Azzjoni biex tiġi żviluppata l-biedja organika fl-Ewropa, li ta impetu addizzjonali lis-settur. Din il-konsultazzjoni hi wkoll opportunità biex jiġi kkonsultat il-pubbliku dwar oqsma li fihom jista’ jkun meħtieġ pjan ta' azzjoni ġdid.
- Il-kontrolli – għas-settur biex jiżviluppa, huma essenzjali sabiex jiggarantixxu l-integrità tiegħu. Uħud mill-każijiet reċenti ta’ frodi jissuġġerixxu l-ħtieġa li jiġu rinforzati l-kontrolli u inforzati r-regoli b’mod aktar strett.
- L-importazzjonijiet – twaqqaf reġim ta’ importazzjoni biex jirregola ż-żieda fil-kummerċ internazzjonali ta’ prodotti organiċi. Minħabba l-pass mgħaġġel ta’ dan l-iżvilupp fis-suq, meħtieġ li jiġu indirizzati nuqqasijiet biex jiġi żgurat tħaddim bla xkiel tal-kummerċ tal-prodotti organiċi tagħna fil-ġejjieni.
Ara wkoll - Ir-rapport tal-Kummissjoni – l-applikazzjoni tar-regoli attwali dwar il-biedja organika ![]()





















.
Kif tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek
Aħna nilqgħu kontribuzzjonijiet mingħand ċittadini, organizzazzjonijiet u awtoritajiet pubbliċi.
Sabiex tipparteċipa f'din il-konsultazzjoni, inti ġentilment mistieden biex timla l-kwestjonarju onlajn. Il-kwestjonarju jipproponi reviżjoni ta' kwistjonijiet marbutin mal-biedja organika. Jekk ma għandekx ħlief 15-il minuta disponibbli, tista’ tagħżel li twieġeb il-mistoqsijiet obbligatorji biss.
Wara li timla l-kwestjonarju onlajn, tiġi mistieden tagħfas il-buttuna "Issottometti". Il-kwestjonarju ma jintbagħatx qabel ma tagħfas din il-buttuna.
Din il-konsultazzjoni hi anonima. Kull tweġiba tingħata numru tal-ipproċessar bl-addoċċ biex jiġi evitat li tinġabar kwalunkwe identifikazzjoni teknika tal-parteċipanti. Il-kontrollur tad-dejta jiċċertifika li l-informazzjoni t'hawn fuq hi korretta u jiggarantixxi li r-riżultati se jintużaw f'forma aggregata li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta' individwi fi ħdan kategorija ta' tweġiba.
It-tweġibiet għal dan il-kwestjonarju onlajn mhumiex se jiġu ppubblikati, għajr il-kontribuzzjonijiet addizzjonali riċevuti mis-servizz responsabbli (ara hawn taħt). Dawn il-kontribuzzjonijiet se jiġu ppubblikati f’dan il-websajt, sakemm ma jkunx speċifikament mitlub li dan ma għandux isir.
Ara l-kwestjonarju
Informazzjoni importanti
Lingwa
Tista' tibgħat il-kontribuzzjonijiet tiegħek fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE. Madankollu, biex niffaċilitaw l-analiżi tagħna u nippermettu aċċess faċli għall-kontribuzzjonijiet kollha, napprezzaw jekk il-kontribuzzjoni tiegħek tkun bl-Ingliż – jew, fin-nuqqas ta’ dan, jekk tista' tal-anqas tipprovdi taqsira bl-Ingliż.
Reġistru Ewropew tat-Trasparenza
Fl-interess tat-trasparenza, l-organizzazzjonijiet huma mistiedna jipprovdu l-pubbliku bit-tagħrif rilevanti dwarhom infushom billi jirreġistraw fir-Reġistru għat-Trasparenza u jissottomettu ruħhom għall-Kodiċi ta' Kondotta tiegħu. Jekk l-organizzazzjoni mhix reġistrata, is-sottomissjoni tiġi ppubblikata separatament mill-organizzazzjonijiet reġistrati.
Dikjarazzjoni ta’ rinunzja
Jekk jogħġbok innota li dan id-dokument tfassal għal finijiet ta’ informazzjoni u konsultazzjoni biss. La ġie adottat u lanqas approvat b'ebda mod mill-Kummissjoni Ewropea u ma għandux jitqies bħala rappreżentattiv tal-opinjonijiet tal-Istaff tal-Kummissjoni. Dan b'ebda mod ma jippreġudika, jew jikkostitwixxi dikjarazzjoni ta', kwalunkwe pożizzjoni min-naħa tal-Kummissjoni dwar is-suġġett kopert. Il-Kummissjoni Ewropea ma tiżgurax li l-informazzjoni pprovduta hi preċiża, u lanqas ma taċċetta r-responsabbiltà għal kwalunkwe użu li jsir minnha.
Dokumenti ta’ sfond
Ir-Regolamenti tal-UE dwar il-biedja organika
Ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi ![]()





















Il-Pjan ta’Azzjoni Ewropew 2004 dwar il-biedja organika
Il-websajt tal-biedja organika
Dettalji ta' kuntatt
Servizz responsabbli
European Commission
Directorate-General for Agriculture and Rural Development
Unit H.3 - Organic farming
Email:
agri-organic-consultation@ec.europa.eu
Indirizz postali:
Rue de la Loi 130
B-1049 Brussels
Belgium
Numru ta’ risposti li rċevejna f’din il-konsultazzjoni
44846 + 1450
Ara l-kontribuzzjonijiet
Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss
Din il-konsultazzjoni pubblika toffri lill-partijiet interessati u lic-cittadini l-opportunità li jghinu lill-Kummissjoni fi stadju bikri tal-hidma biex jitfasslu l-politiki. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jtellghu r-rizultati tal-konsultazzjoni f’dan il-websajt.
Il-protezzjoni tad-data personali



