Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

Konsultazzjonijiet

Konsultazzjoni dwar ir-rwol tal-biedja familjali, l-isfidi ewlenin u l-prijoritajiet għall-futur

Titlu

Konsultazzjoni dwar ir-rwol tal-biedja familjali, l-isfidi ewlenin u l-prijoritajiet għall-futur

 

Qasam ta' politika

Agrikoltura

 

Gruppi fil-mira

Iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u l-awtoritajiet pubbliċi kollha fl-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha li huma interessati fis-suġġett tal-biedja familjali huma mistiedna jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni.

 

Perjodu tal-konsultazzjoni

02/08/2013 - 11/10/2013

 

Għan tal-konsultazzjoni

Din il-konsultazzjoni qed tfittex kontribuzzjonijiet għall-konferenza Ewropea "Il-biedja familjali: Djalogu lejn biedja iktar sostenibbli u reżiljenti fl-Ewropa u fid-dinja" ippjanata għad-29 ta' Novembru 2013.


Din il-konferenza se tħares lejn ir-rwol tal-biedja familjali, uħud mill-isfidi tagħha, kif ukoll il-prijoriatjiet għall-futur. Se ssir fil-kuntest tad-dikjarazzjoni tan-NU tal-2014 bħala s-Sena Internazzjonali tal-Biedja Familjali.

 

Sfond

Is-sena 2014 intgħażlet bħala s-Sena Internazzjonali tal-Biedja Familjali fis-66 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.


Immexxija mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura, għandha l-għan li tesponi l-profil tal-biedja familjali billi tiġbed l-attenzjoni tad-dinja kollha dwar ir-rwol tagħha biex ittaffi l-ġuħ u l-faqar, tipprovdi s-sigurtà tal-ikel u ttejjeb il-livell tal-għajxien, filwaqt li tħares l-ambjent u l-bijodiversità.

 

Kif tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek

Kwestjonarju onlajn

Biex tipparteċipa f'din il-konsultazzjoni, int mitlub timla l-kwestjonarju onlajn.


Wara li timla l-kwestjonarju onlajn, tiġi mistieden tagħfas il-buttuna "Ibgħat". Il-kwestjonarju ma jintbagħatx qabel ma tagħfas din il-buttuna.


Din il-konsultazzjoni onlajn hi anonima. Kull tweġiba se tingħata numru tal-ipproċċessar għal għarrieda biex jiġi evitat li tinġabar kwalunkwe identifikazzjoni teknika dwar il-parteċipanti. Il-kontrollur tad-dejta jiċċertifika li l-informazzjoni hawn fuq hi korretta u jiggarantixxi li r-riżultati se jintużaw f'forma aggregata li ma tippermettix l-identifikazzjoni tal-individwi fi ħdan kategorija ta' tweġiba.


Email

Jekk tixtieq tikkontribwixxi dokument biex tespandi dwar is-suġġett tal-biedja familjali u l-kwistjonijiet imqajma f'dan il-kwestjonarju, int mistieden tibagħtu f'attachment f'pdf lil AGRI-conf-iyff2013@ec.europa.eu. Kwalunkwe kontribuzzjonijiet li nirċievu jistħgu jkunu ppubblikati fuq dan il-websajt, sakemm ma titlobx xort'oħra. Hu importanti li taqra l-istqarrija speċifika dwar il-privatezza pdf - 16 KB [16 KB] Deutsch (de)English (en)español (es)français (fr)italiano (it)polski (pl) mehmuża ma' din il-konsultazzjoni għal informazzjoni dwar kif id-dejta personali u l-kontribuzzjoni tiegħek se jkunu ttrattati.


Fl-interess tat-trasparenza, l-organizzazzjonijiet huma mistiedna li jipprovdu lill-pubbliku bl-informazzjoni rilevanti dwarhom infushom billi jirreġistraw fir-Reġistru tat-Trasparenza u jimxu mal-Kodiċi ta' Kondotta tiegħu. Jekk l-organizzazzjoni mhix irreġistrata, is-sottomissjoni tiġi ppubblikata separatament mill-organizzazzjonijiet irreġistrati.

 

Ara l-kwestjonarju

Kwestjonarju onaljn

 

Dettalji ta' kuntatt

Servizz responsabbli:

European Commission
Directorate-General for Agriculture and Rural Development

Email: AGRI-conf-iyff2013@ec.europa.eu

 

Għadd ta' tweġibiet riċevuti għal din il-konsultazzjoni

3414

 

Ara l-kontribuzzjonijiet English (en)

 

Riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss

Ir-riżultati ta' din il-konsultazzjoni se jingħataw fil-qosor u se jkunu ppreżentati fil-konferenza tal-Kummissjoni Ewropea "Il-biedja familjali: Djalogu lejn biedja iktar sostenibbli u reżiljenti fl-Ewropa u fid-dinja" ippjanata għad-29 ta' Novembru 2013.


Is-servizzi tal-Kummissjoni se jagħmlu r-riżultati tal-konsultazzjoni aċċessibbli fuq dan il-websajt.

 

Protezzjoni tad-dejta personali

Stqarrija speċifika dwar il-privatezza pdf - 16 KB [16 KB] Deutsch (de)English (en)español (es)français (fr)italiano (it)polski (pl)

 

 

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?