Agrikoltura u Żvilupp Rurali

Il-PAK f’pajjiżek

Il-PAK f’pajjiżek

Il-PAK f’pajjiżek
Il-PAK f’pajjiżek

Il-Politika Agrikola Komuni (PAK) hija intenzjonata biex tgħin lill-bdiewa Ewropej jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' 500 miljun Ewropew. L-għanijiet prinċipali tagħha huma li tipprovdi provvista stabbli ta' ikel sikur bi prezzijiet li jintlaħqu mill-konsumaturi, filwaqt li tiżgura livell ta' għajxien deċenti għall-bdiewa.

 

Sa minn meta twaqqfet fl-1962, il-PAK tbiddlet bosta drabi, telqet mill-enfasi oriġinali fuq il-kwantità, lejn politika b'enfasi partikolari fuq l-orjentazzjoni tas-suq, il-kwalità, is-sikurezza u t-traċċabilità tal-ikel, ir-respett għall-benessri tal-annimali u preokkupazzjonijiet ambjentali aktar ġenerali, u s-sostenibbiltà.

 

Bil-produzzjoni tal-ikel, l-agrikoltura Ewropea tforni l-materja prima għall-industrija agroalimentari dinamika tal-UE - l-akbar settur ta' impjieg fl-UE - u tibqa mutur vitali għall-ekonomija rurali ġenerali. Tħassib dwar tibdil fil-klima u kwistjonijiet bħat-telfien tal-bijodiversità, l-iskarsezza tal-ilma, u l-kwalità tal-ħamrija jfissru li l-agrikoltura għandha sehem importanti wkoll fil-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, fejn il-PAK qed tipprovdi sostenn għall-bdiewa f'dawn il-kwistjonijiet li ma jiġux remunerati permezz tas-suq.

 

Fl-aktar reviżjoni reċenti tagħha, ir-riforma 2013 tal-PAK introduċiet miżuri speċifiċi għal "Pagament ta' Ekoloġizzazzjoni Dirett" marbuta mal-provvista ta' oġġetti pubbliċi ambjentali, u b'hekk tgħaqqad il-produzzjoni vjabbli tal-ikel, il-ġestjoni sostenibbli tal-biedja, u l-prattiki favur l-ambjent.

 

Politika komuni għal 28 pajjiż tal-UE, il-PAK il-ġdida tipprovdi flessibbiltà għall-Istati Membri biex jadattaw xi ftit mill-għodod biex jindirizzaw is-sitwazzjonijiet speċifiċi ta' pajjiżhom. Din is-serje ta' skedi informattivi turi kif il-pajjiżi tal-UE ddeċidew li jimplimentaw ir-riforma tal-2013 għall-perjodu sal-2020, notevolment permezz tal-mudell ta' pagamenti diretti tagħhom u l-Programmi tal-Iżvilupp Rurali. Skopri x'kisbet il-PAK f'pajjiżek fl-imgħoddi (2007-13) u sir af aktar dwar l-isfidi tal-ġejjieni fl-Istati Membri varji tal-UE:

 

(Aktar skedi informattivi skont il-pajjiż se jiġu ppubblikati dalwaqt).

 

Ara l-iskedi informattivi għad-dejta ewlenija dwar l-ekonomika u l-agrikultura fl-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri kollha tal-UE.