Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

Il-PAK f’pajjiżek

Il-PAK f’pajjiżek

Il-Politika Agrikola Komuni (PAK) hija r-risposta tal-Unjoni Ewropea għall-ħtieġa ta' standard diċenti tal-għajxien għal 12-il miljun bidwi u forniment tal-ikel stabbli, varjat u sikur għal 500 miljun ċittadin.

Ir-riforma reċenti Deutsch (de) English (en) français (fr) għandha l-għan ukoll li tinforza l-importanza li l-agrikoltura għandha fil-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali tagħna, kif ukoll l-appoġġ għall-elementi usa' tal-ekonomija rurali.

Ir-riforma stabbilixxiet qafas komuni għall-perjodu sal-2020, iżda, meta titqies id-diversità li issa qed naraw fi 28 Stat Membru differenti, hemm ukoll varjazzjonijiet f'kif tiġi użata l-PAK biex tappoġġja s-sitwazzjoni speċifika f'kull pajjiż.

 

Allura, kif affettwat il-PAK b’mod konkret lil kull Stat Membru? X’kienet is-sitwazzjoni fil-perjodu 2007-2013? U x'se tagħmel fil-futur biex tiżgura l-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-agrikoltura tal-UE?

Serje ġdida ta' skedi informattivi tipprovdi r-risposti għal dawn il-mistoqsijiet, flimkien ma' eżempji ta' proġetti li minnhom jibbenefikaw l-iżvilupp taż-żoni rurali tagħna, dejta ewlenija dwar is-sitwazzjoni tas-settur agrikolu f'kull Stat Membru, u x'jaħsbu ċ-ċittadini dwaru u l-PAK.

 

Flimkien mal-iskedi statistiċi English (en) , jirriflettu s-sitwazzjoni attwali b'mod konċiż u komparabbli, bħalissa meta l-Istati Membri (u r-reġjuni) qed jikkontemplaw kif jimplimentaw il-PAK il-ġdida għall-perjodu minn issa sal-2020.

 

  • Belġju pdf - 214 KB [214 KB] English (en)
  • Repubblika Ċeka pdf - 236 KB [236 KB] English (en)
  • Danimarka pdf - 174 KB [174 KB] dansk (da) English (en)
  • Ġermanja pdf - 233 KB [233 KB] English (en)
  • l-Irlanda pdf - 263 KB [263 KB] English (en)
  • il-Greċja pdf - 187 KB [187 KB] English (en)
  • Spanja pdf - 228 KB [228 KB] English (en) español (es)
  • Franza pdf - 194 KB [194 KB] English (en) français (fr)
  • Ċipru pdf - 277 KB [277 KB] English (en)
  • il-Lussemburgu pdf - 203 KB [203 KB] English (en)
  • Malta pdf - 269 KB [269 KB] English (en)
  • Italja pdf - 228 KB [228 KB] English (en) italiano (it)
  • Pajjiżi l-Baxxi pdf - 177 KB [177 KB] English (en)
  • Awstrija pdf - 217 KB [217 KB] Deutsch (de) English (en)
  • Polonja pdf - 226 KB [226 KB] English (en) polski (pl)
  • Portugall pdf - 237 KB [237 KB] English (en)
  • Rumanija pdf - 232 KB [232 KB] English (en) română (ro)
  • Slovakkja pdf - 236 KB [236 KB] English (en)
  • Renju Unit pdf - 360 KB [360 KB] English (en)

(Aktar skedi informattivi skont il-pajjiż se jiġu ppubblikati dalwaqt).

 

Aktar informazzjoni dwar il-PAK fl-Istati Membri UE-10 [dawk li daħlu fl-UE fl-2004] tista' tinstab fin-Noti "Pespettivi ta' Politika dwar l-Agrikoltura" u dokumenti speċifiċi skont il-pajjiż English (en) ippreparati fl-okkażjoni tal-10 anniversarju tal-adeżjoni mal-UE.

 

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?