Il-politika tal-Ewropa dwar il-biedja fil-qosor

Il-bdiewa tal-Ewropa għandhom rwol essenzjali fl-ekonomija u s-soċjetà tagħna. Dawn jipprovdu lil aktar minn 500 miljun ċittadin tal-UE bi provvista affidabbli ta’ ikel bnin, sigur u bi prezz raġonevoli. Nistennew ukoll mingħandhom li jipproteġu l-ambjent u jiżguraw il-vitalità taż-żoni rurali tagħna.

Biex nappoġġjawhom biex iwasslu dawn il-benefiċċji pubbliċi, l-UE ħolqot il-Politika Agrikola Komuni, jew il-"PAK". Sa mit-tnedija tagħha fl-1962, il-politika żviluppat biex tindirizza sfidi globali li jaffettwawna lkoll.

F’Ġunju 2013, l-istituzzjonijiet tal-UE laħqu ftehim dwar direzzjoni ġdida għall-PAK. Ir-riforma l-aktar riċenti għandha fil-mira li tgħin lill-bdiewa jiggarantixxu provvista ta' ikel ta' kwalità fuq terminu ta' żmien twil, jagħmlu s-settur agrikolu aktar sostenibbli, u jmantnu d-diversità tal-kampanja, it-tradizzjonijiet u l-prattiki tal-biedja fl-Ewropa.

Il-PAK hija politika komuni għall-Istati Membri kollha tal-UE. Hija essenzjali għall-ħarsien tal-ġejjieni tal-biedja u l-ħajja rurali fl-Ewropa.

Sib aktar informazzjoni dwar ir-riforma tal-PAK.

Sib avveniment f'pajjiżek

Aċċessa l-mappa tal-Ewropa kollha

Mistoqsijiet Komuni

dwar il-Politika
Agrikola Komuni

Aqra' aktar

Netwerk ta’ komunikazzjoni
tal-PAK

Aqra aktar

Ħarsa ħafifa lejn il-Politika Agrikola Komuni
Tal-Ewropa

Rokna għall-Istampa

Informazzjoni,
materjal u links
għall-ġurnalisti

Materjal għal aċċess