Il-PAK għall-iskejjel

Il-Politika
Agrikola
Komuni
Tal-Ewropa

PAK

Nieħdu ħsieb
l-għeruq tagħna

Fatti dwar il-PAK: kont taf?

  • Il-Politika Agrikola Komuni hija waħda mill-politiki l-aktar integrati tal-UE.
  • L-industriji tal-biedja u tal-prodotti tal-ikel agrikoli llum jirrappreżentaw 46 miljun impjeig u 6 % tal-PDG Ewropew.
  • Il-familja medja tal-UE tonfoq madwar 15 % tad-dħul tagħha fix-xahar fuq ikel, nofs dak li kien 50 sena ilu.
  • Il-bdiewa jimmaniġġjaw aktar minn nofs l-art Ewropea, u għandhom rwol importanti fis-salvagwardja tar-riżorsi naturali tagħha.

Il-PAK f’ħajjitna

Il-biċċa l-kbira minn’ dak kollu li nikkonsmaw u nużaw kuljum ġej minn razzett, mill-ħalib, il-ħobż u l-laħam, għall-ħxejjex, iż-żejt u l-ħwejjeġ tagħna.

L-agrikoltura qiegħda fil-qalba tal-ħajja tagħna ta' kuljum, vitali għall-ekonomija u s-soċjetà. U l-biedja ma tistax teżisti mingħajr il-bdiewa. Huma jipproduċu ikel sikur u ta’ kwalità għolja għal aktar minn 500 miljun ċittadin tal-UE. Huma jgħinu wkoll fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u biex jippreservaw id-diversità tal-agrikoltura.

F’Ġunju 2013, l-istituzzjonijiet tal-UE laħqu ftehim dwar riforma tal-PAK biex jaffaċċjaw sfidi futuri. L-aktar verżjoni ġdida tappoġġja l-bdiewa Ewropej biex jissodisfaw it-talbiet tagħna dwar l-ikel, l-ambjent u l-kampanja tagħna, u tiżgura li dawn jistgħu jaqilgħu għajxien raġonevoli meta jagħmlu dan.

Il-PAK wara l-2013

Ikel bnin, sikur, bi prezz raġonevoli

Kont taf li kull sena l-bdiewa tagħna jipproduċu 10 miljun tunnellata ta’ tuffieħ, 140 miljun tunnellata ta’ ħalib u 300 miljun tunnellata ta' ċereali, biex insemmu biss ftit eżempji?

Il-PAK tappoġġja lill-bdiewa madwar l-UE kollha sabiex jipproduċu l-ikel li neħtieġu.

Hija tagħmel dan billi tappoġġja l-irziezet u l-prattiki tal-biedja f’reġjuni u pajjiżi differenti tal-UE, minn kbar għal dawk ġestiti mill-familja, u minn konvezjonali għal organiċi.

Din tirrispetta d-diversità rikka tat-tradizzjonijiet agrikoli li permezz tagħha l-kċejjen u l-prodotti tal-ikel tal-Ewropa huma famużi mad-dinja kollha.

Ambjent aktar nadif

Kont taf li ċerti partijiet tal-irziezet (mergħat, biċċiet ta’ art ta’ lqugħ, eċċ), mhux biss joħolqu l-pajsaġġ tagħna, iżda għandhom rwol ewlieni biex titħares il-bijodiversità u jiġġieldu l-bidla fil-klima? Il-PAK tgħin lill-bdiewa jżommu 5 % tal-art tagħhom bħala Żoni b’Fok Ekoloġiku.

Aħna niddependu fuq il-bdiewa biex jieħdu ħsieb ir-riżorsi naturali bħall-ħamrija u l-ilma, u biex jissalvagwardjaw il-bijodiversità, għall-benefiċċju tagħna u dak tal-ġenerazzjonijiet futuri. Kampanja ġestita sew li tappoġġja n-natura u l-ħajja selvaġġa hija aktar reżiljenti għall-bidla fil-klima, u essenzjali għall-produzzjoni ta' ikel sikur u nutrittiv.

Il-PAK il-ġdida tgħin lill-bdiewa biex jagħmlu aktar biex iħarsu l-ambjent tagħna. Hi torbot 30% tal-appoġġ għad-dħul li huma jirċievu permezz tal-PAK ma' prattiki sostenibbli tal-biedja bħad-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba' u ż-żamma ta' żoni ekoloġiċi. Tingħata wkoll għajnuna addizzjonali bħala appoġġ għall-biedja organika.

Kampanja ħajja

Kont taf li l-industriji tal-biedja u l-prodotti agrikoli tal-ikel illum jirrappreżentaw 46 miljun impjieg u 6 % tal-PDG Ewropew?

Il-biedja tikkonċerna wkoll il-komunitajiet rurali u l-persuni li jgħixu u jaħdmu fihom. Nofs il-popolazzjoni tal-UE tgħix fil-kampanja. Li kieku ma kienx hemm irziezet jew bdiewa, it-tessut sħiħ ekonomiku taż-żoni rurali tagħna jkun mhedded.

Il-PAK il-ġdida tiffoka biex tgħin lill-bdiewa fl-UE kollha biex iżommu l-kampanja ħajja. Tgħin lill-bdiewa jimmodernizzaw l-irziezet tagħhom u biex jinvestu lil hinn mill-produzzjoni tal-ikel – speċjalment permezz ta’ programmi għall-iżvilupp rurali.

Illum, ħafna inqas żgħażagħ jinvolvu ruħhom fil-biedja. HUma biss 6% tal-bdiewa fl-Ewropa li għandhom inqas minn 35 sena. Il-PAK il-ġdida tagħmel il-professjoni aktar attraenti permezz ta’ skemi speċjali li jappoġġjaw bdiewa żgħażagħ matul l-ewwel ħames snin tagħhom.

L-istorja tal-PAK

Il-Politika Agrikola Komuni (PAK) tal-UE nħolqot fl-1962 biex iżżid il-produzzjoni tal-ikel f’Ewropa li kienet ġarrbet snin ta' gwerra u ġuħ....

Monique Schalenbourg tispjega lin-neputi tagħha:

Dan huwa l-bużbużnannu tiegħek, Emile. Matul il-gwerra, in-nies kienu qed ibagħtu bil-ġuħ. Kellna nitimgħu lin-nies fil-villaġġ u lil dawk li kienu jiġu mill-bogħod fir-razzett, jitolbulna l-ikel. Wara l-gwerra, bdejna nużaw it-tratturi u permezz ta’ dan stajna nipproduċu ħafna aktar...

Meħuda mill-vidjo Three Generations of Farmers[1].


[1] Ara l-vidjo hawn:

www.capexhibition.eu/generations-of-farmers/story-of-three-generations-of-farmers.html

Niżżel pubblikazzjoni fittizja hawn:

http://bookshop.europa.eu/en/the-story-of-three-generations-of-farmers-pbKF3111393/