Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

Biex tissottometti l-avveniment tiegħek, oħloq kont, imla u ssottometti l-formola onlajn. Jekk jogħġbok innota li tista' tissejvja l-formola tas-sottomissjoni tiegħek u tista' terġa' tiġi lura biex tlestiha aktar tard. Meta l-formola tkun lesta jekk jogħġbok tinsiex tikklikkja fuq ''issottometti''. Ladarba l-formola tiġi sottomessa, ma tista' tagħmel ebda modifika billi din tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea għall-validazzjoni. Jekk tkun meħtieġa xi modifika tista' sempliċement tħassar l-avveniment tiegħek u toħloq wieħed ġdid.

Kriterji tal-Eliġibbiltà

  • L-avveniment jew l-azzjoni ta’ komunikazzjoni ssir f’wieħed mit-28 pajjiż tal-UE.
  • L-avveniment jew l-azzjoni ta’ komunikazzjoni ssir bejn Diċembru 2013 u Diċembru 2015.
  • L-avveniment jew l-azzjoni ta’ komunikazzjoni ma għandhiex għan purament kummerċjali.
  • L-avveniment jew l-azzjoni ta’ komunikazzjoni tagħti informazzjoni dwar l-agrikoltura, l-ikel, l-iżvilupp rurali jew kwalunkwe suġġett ieħor relatat mal-Politika Agrikola Komuni.

Aktar informazzjoni: Is-Segretarjat tal-Kampanja

Għandek mistoqsijiet addizzjonali? Tixtieq tikseb parir jew għajnuna? Jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Segretarjat permezz tal-posta elettronika jew bit-telefown.

Is-Segretarjat jaħdem fil-ġranet tax-xogħol bejn id-9:00 u s-13:00 u mis-14:00 sal-17:30 CET (bl-eċċezzjoni tal-btajjel pubbliċi Belġjani). It-talbiet għall-informazzjoni jiġu indirizzati fi żmien tliet ġranet tax-xogħol minn meta jaslu.