Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

a. OBJETTIV

L-objettiv tal-Premjijiet tal-Komunikazzjoni tal-PAK huwa li jkunu identifikati l-aħjar proġetti fil-qasam tal-komunikazzjoni ta’ kwistjonijiet b’rabta mal-PAK. L-applikazzjonijiet jiġu ppreżentati permezz ta’ sistema elettronika li għandha l-websajt tal-KE Europa. Il-proġetti identifikati tal-aqwa prattiki jiġu ppubblikati fuq l-Internet, taħt ir-responsabbiltà ta’ Mr Pierre SCHELLEKENS (Kap tal-Unità E5, Komunikazzjoni Interna u Esterna – Id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali), li jaġixxi bħala kontrollur.

Minħabba li dan is-servizz online jiġbor u jipproċessa ulterjorment dejta personali, huwa applikabbli r-Regolament (KE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data.

b. X’INFORMAZZJONI PERSONALI NIĠBRU U PERMEZZ TA’ LIEMA MEZZI TEKNIĊI?

Id-dejta personali miġbura u pproċessata ulterjorment hija dejta meħtieġa għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni, bħal isem/kunjom, indirizz tal-posta elettronika u numru tat-telefon.

L-operazzjonijiet ta’ proċessar għal dejta personali b’rabta mal-organizzazzjoni u l-ġestjoni ta’ din il-kompetizzjoni huma meħtieġa għall-ġestjoni u l-funzjonament tal-Kummissjoni Ewropea, kif awtorizzati mit-Trattati.

Is-sistema tuża "cookies" ta’ sessjonijiet biex tiżgura komunikazzjoni bejn il-klijent u s-server. Għalhekk, il-brawżer tiegħek għandu jkun ikkonfigurat biex jaċċetta "cookies". Iżda ma tiġborx informazzjoni personali jew konfidenzjali ta’ kull xorta, lanqas indirizzi IP mill-PC tiegħek. Il-cookies jgħibu malli s-sessjoni tinġieb fi tmiemha.

Id-dejta personali miġbura u l-informazzjoni kollha relatata mal-kompetizzjoni msemmija hawn fuq tinħażen f’kompjuter tal-kuntrattur barrani, li jaġixxi bħala proċessur, jiggarantixxi l-protezzjoni u l-konfidenzjalità tad-dejta meħtieġa mir-Regolament (KE) 45/2001.

c. MINN IKOLLU AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI TIEGĦEK U LIL MIN TINTWERA?

· Id-dejta tiegħek tkun aċċessibbli għal ICF Mostra u għad-Direttorat-Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (DĠ AGRI) tal-Kummissjoni Ewropea.

· Ismek u s-sommarju tal-proġett jistgħu jkunu ppubblikati għal kulħadd fuq l-Internet jew f’pubblikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea (KE). 

d. KIF NIPPROTEĠU U NISSALVAGWARDJAW L-INFORMAZZJONI TIEGĦEK?

Is-sottomissjonijiet tiegħek ikunu rreġistrati f’database sikur u protett. ICF Mostra tiggarantixxi l-protezzjoni u l-konfidenzjalità meħtieġa mir-Regolament (KE) 45/2001. Kopja tad-database tas-sottomissjonijiet tkun ittrasferita u tinħażen mill-Kummissjoni Ewropea (DĠ AGRI K1).

e. KIF TISTA’ TIVVERIFIKA, TIMMODIFIKA JEW TĦASSAR L-INFORMAZZJONI TIEGĦEK?

F’każ li tkun trid tivverifika liema dejta personali tkun maħżuna f’ismek, timmodifikaha, tikkoreġiha jew tħassarha, jekk jogħġbok agħmel kuntatt mal-ħelpdesk immexxi minn ICF Mostra billi tuża l-Informazzjoni ta’ Kuntatt hawn taħt u billi tispeċifika espliċitament it-talba tiegħek.

f. KEMM INDUMU NŻOMMU D-DEJTA TIEGĦEK?

Id-dejta ta’ identifikazzjoni personali tiegħek tibqa’ fid-database sakemm tkun iffinalizzata l-evalwazzjoni tal-kompetizzjoni, u mhux aktar tard wara 5 snin mit-tmiem tal-kompetizzjoni.

g. INFORMAZZJONI TA’ KUNTATT

F’każ li tkun trid tivverifika liema dejta personali tkun maħżuna f’ismek, timmodifikaha, tikkoreġiha jew tħassarha, jew jekk ikollok mistoqsijiet dwar il-kompetizzjoni jew dwar kull informazzjoni pproċessata fil-kuntest tal-Premjijiet tal-Komunikazzjoni tal-PAK, jew dwar id-drittijiet tiegħek, jekk jogħġbok agħmel kuntatt mal-ħelpdesk tal-Premjijiet tal-Komunikazzjoni tal-PAK, li jopera taħt ir-responsabbiltà tal-Kontrollur, billi tuża l-informazzjoni ta’ kuntatt li ġejja:

Ħelpdesk tal-Premjijiet tal-Komunikazzjoni tal-PAK

Immexxi minn ICF Mostra S.A. f’isem il-Kummissjoni Ewropea

Telefon: +32 2 333 59 54

Posta elettronika: capca2014@iservice-europa.eu

h. RIKORS

Ilmenti, f’każ ta’ konflitt, jistgħu jkunu indirizzati lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.