Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

Merħba għall-Premjijiet għall-Komunikazzjoni tal-PAK għall-2014!

Il-Premjijiet għall-Komunikazzjoni tal-PAK għandhom l-għan li jesebixxu l-eżempji tal-aqwa prattika ta' inizjattivi ta' komunikazzjoni relatati mal-Politika Agrikola Komuni fit-tliet kategoriji tal-Komunikazzjoni lill-Partijiet Interessati, il-Komunikazzjoni lill-Pubbliku u l-Komunikazzjoni Innovattiva.

Il-finalisti huma dawn - ivvota!

Issa resqin lejn l-aħħar stadju tal-edizzjoni ta' din is-sena. Minn 146-il applikazzjoni, il-Ġurija indipendenti tal-Premjijiet għażlet tliet Finalisti għal kull kategorija. Tista' tara l-lista sħiħa tal-finalisti hawnhekk. Nistednuk biex tivvota għall-proġett favorit tiegħek sas-26 ta' Jannar 2015 f'12.00 am.

Il-proġetti li jirċievu l-aktar voti mill-pubbliku sejrin jingħataw il-Premju Pubbliku Speċjali għall-2014 fiċ-ċerimonja tal-Premjijiet fi Brussell fid-29 ta' Jannar 2015.

You can view the full list of finalists .

Interessat f’aktar eżempji ta’ l-aħjar prattiki?

Fit-taqsima "l-aqwa prattiki" għandek issib il-proġetti kollha ta’ komunikazzjoni innominati għall-edizzjonijiet tal-2012 u l-2013 tal-Premjijiet ta’ Komunikazzjoni tal-PAK.

Komunikazzjoni lill-partijiet interessati

Komunikazzjoni lill-pubbliku

Komunikazzjoni innovattiva

L-azzjoni tiegħek ta’ komunikazzjoni tolqot primarjament lil nies b’interess professjonali, bħal dawk li jieħdu deċiżjonijiet u/jew iqanqlu opinjonijiet, organizzazzjonijiet professjonali, bdiewa jew partijiet interessati oħra?

Jekk iva, allura agħżel din il-katergorija.

L-azzjoni tiegħek ta’ komunikazzjoni tolqot l-aktar lill-pubbliku ġenerali b’informazzjoni ċara u li tinftiehem malajr rilevanti għall-ħajja ta’ kuljum tan-nies?

Jekk hu hekk, allura agħżel din il-kategorija.

Il-proġett tiegħek ta’ komunikazzjoni, li jolqot lill-partijiet interessati jew lill-pubbliku ġenerali, huwa partikolarment innovattiv u attraenti fl-għodod, l-azzjonijiet jew il-kanali użati?

Allura agħżel din il-kategorija.