Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

Il-proġett tiegħi ma għandux konnessjoni diretta mal-PAK. Xorta nista’ napplika?

Filwaqt li l-proġett tiegħek jista’ jkun konness espliċitament mal-PAK bħala tali, huwa għandu jikkomunika mill-anqas dwar aspett wieħed/diversi aspetti tal-oqsma ta’ politika tal-PAK. Għal aktar informazzjoni dwar l-oqsma ta’ politika tal-PAK, jekk jogħġbok ara http://europa.eu/pol/agr/index_mt.htm.

Kif nista’ nkun naf jekk il-proġett tiegħi jkunx eliġibbli?

Jekk jogħġbok ara l-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-Premjijiet tal-Komunikazzjoni. F’każ ta’ dubju, jekk jogħġbok ikkuntattjat lill-Helpdesk.

Il-proġett tiegħi kien proġett ta’ baġit żgħir/lokali/limitat. Ningħata l-istess opportunità li nirbaħ?

Iva, id-daqs ma jimpurtax! Proġetti jistgħu jkunu żgħar jew kbar fid-daqs u fil-baġit. L-applikazzjonijiet kollha jkunu vvalutati skont il-kriterji ta’ evalwazzjoni, mhux skont id-daqs tagħhom.

X’jiġri jekk il-proġett tiegħi jolqot kemm lill-partijiet interessati kif ukoll lill-pubbliku ġenerali?

Tista’ tagħżel kull kategorija jew il-kategorija li tkun tidher l-aktar rilevanti għall-proġett tiegħek. Il-proċess ta’ għażla tfassal b’mod li l-ġurija tista’ tgħaddi l-applikazzjoni tiegħek għal kategorija oħra jekk dan jitqies aktar xieraq.

Meta għandi nagħżel “Komunikazzjoni innovattiva”?

Jekk inti partikolarment kburi bil-karatteristiċi innovattivi u/jew kreattivi tal-proġett tiegħek, din hija l-kategorija tiegħek. Hawnhekk qed infittxu għal azzjonijiet li huma l-aktar oriġinali, persważivi, ċajtiera, interattivi jew kreattivi. L-azzjoni tiegħek tista’ (iżda mhux bilfors) tinkludi: avvenimenti kreattivi, preżentazzjonijiet, viżwali, reklami, grafiki informattivi, klipps tal-vidjo, reklami virali, applikazzjonijiet bil-mowbajl, websajts, eċċ.

Nista’ nissottometti l-istess proġett għal aktar minn kategorija waħda ta’ premju?

Le, kull proġett jista’ jiddaħħal darba biss.

Kemm-il proġett nista’ nissottometti?

L-applikanti jistgħu jissottomettu b’kollox sa tliet proġetti differenti, għal kategorija waħda jew kategoriji varji ta’ premju.

Kif napplika?

Biex tapplika, oħloq kont u tirċievi konferma bil-posta elettronika b’link. Ikklikkja fuq il-link biex tmur għall-formola ta’ applikazzjoni elettronika tal-Premjijiet tal-Komunikazzjoni.

Ikolli nlesti l-applikazzjoni tiegħi fi stadju wieħed? Nista nħalli l-applikazzjoni tiegħi u nlestiha aktar tard?

Tista’ terġa’ tiġi u tlesti jew tikkoreġi l-applikazzjoni tiegħek xħin trid qabel is-31 ta’ Ottubru 2014, 12:00 CET sakemm ma tkunx ikklikkjajt fuq ‘submit’.

Il-proġett kien ir-riżultat ta’ kollaborazzjoni bejn diversi msieħba. Min għandu japplika?

Naċċettaw applikazzjonijiet minn kull imsieħeb tal-proġett, iżda preferibbilment għandu japplika l-imsieħeb ewlieni tal-proġett jew l-organizzatur ewlieni f’isem is-sħubija.

Il-proġett sar b’lingwa li mhijiex l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż. Ikolli nittraduċi l-proġett tiegħi jew il-materjali ta’ komunikazzjoni tiegħu f’waħda minn dawn il-lingwi biex napplika?

Il-formoli ta’ applikazzjoni għandhom jimtlew bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż. Il-formoli ta’ applikazzjoni ma jiġux aċċettati b’xi lingwa oħra.

Iżda ma tkunx meħtieġ tittraduċi l-proġett jew il-materjali ta’ komunikazzjoni tiegħu biex tapplika

L-applikazzjoni tiegħi tkun ippubblikata?

Is-sezzjoni dwar ‘sommarju tal-proġett’ tal-formola ta’ applikazzjoni, kif ukoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-organizzazzjoni tiegħek jistgħu jintużaw fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea jew f’pubblikazzjonijiet magħmulin mid-DĠ għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. L-użu ta’ dejta personali huwa soġġett għar-regolamenti tal-UE.

Ikolli nħejji xi ħaġa għaċ-ċeremonja tal-Premjazzjoni?

Il-finalisti jkunu mistiedna jippreżentaw il-proġett tagħhom qabel ma l-udjenza tivvota. Aktar gwida tingħata lil dawk li jirnexxilhom jidħlu għall-finali qrib nofs Diċembru.

Is-sena li għaddiet kont applikajt. Nista’ nerġa’ nissottometti l-proġett tiegħi?

Iva, jekk applikajt is-sena li għaddiet u ma rnexxilekx tidħol fil-lista finali, tista’ terġa’ tapplika. Jekk qed tippjana li terġa’ tissottometti l-istess proġett, jekk jogħġbok indika b’mod ċar l-elementi l-ġodda, il-bidliet li saru u r-riżultati tal-proġett tiegħek.

Jekk jogħġbok innota li finalistita’ edizzjonijiet preċedenti ma jitħallewxjissottomettu mill-ġdid l-istess proġett għall-edizzjoni ta’ din is-sena. Iżda l-finalisti li jixtiequ jippreżentaw proġett ġdid jistgħu jagħmlu hekk.