01/03/2013
01/03/2013

Mogħdija tan-navigazzjoni

50 sena tal-PAK - Sħubija bejn l-Ewropa u l-Bdiewa

In-Netwerk ta’ 50 sena

Kif tista’ tissieħeb fin-Netwerk ta’ 50 Sena

Bħalissa qiegħed taħseb biex torganizza – jew tippjana li torganizza – attività ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fl-2012 li taħseb li tista’ tissodisfa l-għanijiet tal-kampanja "50 Sena tal-PAK":

  • Sabiex tirrifletti dwar il-PAK, l-istorja u l-perspettivi tagħha;
  • Sabiex tistimola l-interess pubbliku, b’mod partikolari fl-oqsma urbani, fir-rwol (dejjem jinbidel) tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fis-soċjetà tagħna.

X’taħseb dwar l-opportunità li tingħata pubbliċità addizzjonali madwar l-UE kollha billi tissieħeb magħna taħt l-umbrella Ewropea tagħna?

Tiddejjaqx tikkuntattjana u titlobna sabiex ninkludu l-azzjoni tiegħek fit-taqsima "Avvenimenti f’pajjiżek" ta’ dan is-sit elettroniku.

Kulma għandek tagħmel huwa li timla formola online bi ftit informazzjoni bażika dwarek u dwar l-azzjoni tiegħek. Ladarba tirċievi l-konferma tagħna, tista’ tuża l-ġabra ta’ għodda tal-kampanja (logo, slogan, powsters, kartolini, roll-ups, template tal-PPT, eċċ.) fil-qafas tal-azzjoni tiegħek.

L-azzjoni ta’ komunikazzjoni tiegħek tista’ tinkludi waħda/wieħed jew bosta mill-attivitajiet/materjali li ġejjin:

  • materjal multimedjali/awdjoviżiv (programmi tar-radju u tat-televiżjoni)
  • powsters
  • fieri u avvenimenti relatati
  • avvenimenti tal-midja
  • konferenzi, seminars u gruppi ta’ ħidma speċjalizzati mmirati għal gruppi speċifiċi
  • siti elettroniċi

Aħna qegħdin nistennew bil-ħerqa li nisimgħu mingħandek!