01/03/2013
01/03/2013

Mogħdija tan-navigazzjoni

50 sena tal-PAK - Sħubija bejn l-Ewropa u l-Bdiewa

Dwar il-kampanja

Is-sena 2012 timmarka l-50 anniversarju mill-implimentazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), il-pedament tal-integrazzjoni Ewropea li pprovdiet liċ-ċittadini Ewropej b’ħames deċenji ta’ provvista sikura tal-ikel u kampanja ħajja.

Lura fl-1962, l-Ewropej kienu fil-parti l-kbira tagħhom inkwetati dwar jekk hux ser ikollhom biżżejjed ikel fuq il-platti tagħhom. Illum il-ġurnata, is-sikurezza tal-ikel għadha importanti, iżda għandna wkoll tħassib ġdid bħat-tibdil fil-klima u l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali. X’ġara matul dawn l-aħħar 50 sena? U x’lezzjonijiet għandna nitgħallmu għall-ġejjieni?

Dan is-sit elettroniku jgħidlek aktar dwar l-istorja, l-iżviluppi u l-kisbiet tal-PAK. Huwa jenfasizza wkoll l-isfidi li rridu nindirizzaw fil-ġejjieni sabiex nissodisfaw il-ħtiġijiet fit-tul tas-soċjetà tagħna.

Il-50 anniversarju tal-PAK huwa opportunità eċċellenti sabiex jinbena proġett komuni li jinvolvi l-parteċipanti rurali ewlenin u ċ-ċittadini Ewropej bil-għan li jirriflettu u jiddibattu dwar l-importanza tal-agrikoltura f’ħajjitna.

Il-"50 Sena tan-Netwerk tal-PAK" tinkludi l-Kummissjoni Ewropea, istituzzjonijiet Ewropej u nazzjonali oħrajn li jittrattaw l-agrikoltura, assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, NGOs oħrajn u parteċipanti rurali. In-netwerk irid jiċċelebra dan l-anniversarju maċ-ċittadini kollha fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u - fuq kollox - lokali b’mod kreattiv, interattiv u divertenti.

Tixtieq tissieħeb fin-Netwerk ta’ 50 Sena?