Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-votanti Irlandiżi japprovaw it-Trattat ta' Liżbona wara li reġgħu lura lejn l-urna.
L-'iva' waslet wara 16-il xahar li t-Trattat ma għaddiex fl-ewwel referendum. Il-Gvern Irlandiż qabel li jsejjaħ vot ieħor wara li l-mexxejja tal-UE tawh il-garanziji li ried dwar is-sovranità u qablu li l-pajjiżi kollha tal-UE jaħtru kummissarju.
Is-27 pajjiż membru kollha jridu jirratifikaw it-trattat biex dan jidħol fis-seħħ. Bil-qbil tal-Irlanda, issa baqa' biss ir-Repubblika Ċeka u l-Polonja biex ilestu l-proċess ta' ratifika.
It-Trattat għandu l-għan li r-rwol tal-UE jissaħħaħ fix-xena internazzjonali u li jitħaffef il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Aktar dwar it-Trattat ta' Liżbona