Mogħdija tan-navigazzjoni

Raġel u mara anzjani jipprattikaw sport fil-ġinnasju © EC

Rapport tal-2009 dwar ix-xjuħija L-Ewropa qed tindirizza l-isfida tal-popolazzjoni li qed tixjieħ iżda r-riċessjoni qed thedded li tfixkel il-progress

F'dawn l-aħħar xhur il-pajjiżi tal-UE injettaw biljuni ta' ewro fl-ekonomiji tagħhom biex is-sistema finanzjarja tibqa' stabbli u jitħeġġeġ it-tkabbir ekonomiku. Il-gvernijiet qablu li l-infiq hu meħtieġ għall-ġlieda kontra l-agħar riċessjoni f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin, iżda dan wassal għal żieda fid-defiċits hekk kif xi pajjiżi bdew iqumu ftit fuq saqajhom. Dan hu pass kruċjali biex jiġu ffaċċjati l-implikazzjoni ta' popolazzjoni li qed tixjieħ.

Il-Kummissarju tal-UE għall-affarijiet ekonomiċi Joaquín Almunia qal li mhux faċli tiġi trattata l-problema tax-xjuħija matul ir-riċessjoni. Iżda jemmen li dan jista' jsir permezz ta' politiki mfasslin sew immirati lejn infiq soċjali iktar effiċjenti, iktar produttività, edukazzjoni aħjar u livelli ogħla ta' impjiegi.

F'dokument rigward ir-rapport dwar ix-xjuħija l-Kummissjoni qalet li fuq kollox, il-gvernijiet tal-UE jridu jnaqqsu d-defiċit tal-baġit ladarba l-ekonomija tieħu r-ruħ.

Fi żmien 50 sena, il-popolazzjoni se tkun ferm ixjeħ iżda kemxejn ikbar. L-età medja li bħalissa hi madwar 40 sena, mistennija togħla għal madwar 48 sena peress li n-nies qed jgħixu iktar, ir-rati tat-twelid huma baxxi u l-migrazzjoni qed tonqos. Dan se jimplika inqas dħul mill-popolazzjoni tal-ħaddiema li qed tiċkien u iktar spejjeż għall-pensjonijiet, il-kura tas-saħħa u l-kura fuq perjodu twil ta' żmien għall-anzjani.

Il-piż fuq il-finanzi pubbliċi se jkun sinifikanti jekk l-UE tibqa' sejra b'dan ir-ritmu. Skont ir-rapport, l-infiq se jiżdied b'medja ta' 4.7% tal-PGD sal-2060 minħabba n-numru dejjem jikber ta' persuni anzjani. Sa dak iż-żmien, se jkun hemm biss żewġ persuni fl-età tax-xogħol (15-64 sena) għal kull persuna 'l fuq minn 65 sena, minflok erbgħa.

Din hi biss il-medja għall-UE. Ix-xejriet tal-popolazzjoni jvarjaw ħafna madwar l-UE. Xi pajjiżi qed jiffaċċjaw żidiet ikbar f'infiq relatat mal-età, speċjalment fuq il-pensjonijiet. Is-snin li ġejjin, li se jkunu l-aħħar snin qabel il-baby boomers jibdew jirtiraw f'numri kbar, se jkunu kruċjali. "Għad hemm ftit tama," jgħid ir-rapport.

Iżda hemm bżonn ta' iktar riformi tal-pensjonijiet u sistemi oħra ta' appoġġ għall-anzjani, kif ukoll sforzi biex il-persuni anzjani jibqgħu jaħdmu; ir-rapport jinnota li madwar 50% biss tal-persuni 'l fuq minn 60 sena jibqgħu jaħdmu.

Rapport tal-2009 dwar ix-xjuħija English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli