Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-preservazzjoni tal-wirt kulturali Ewropew - 10/06/2011

Il-premju tal-Unjoni Ewropa (2011) għall-wirt kulturali jirrikonoxxi eżempji eċċezzjonali ta' konservazzjoni, preservazzjoni u riċerka storika.

Stazzjon tal-ferrovija rrestawrat... taħriġ għall-kuraturi... riabilitazzjoni ta' monasteru abbandunat... dawn huma ftit eżempji tal-ħidma li qed issir minn eluf ta' volontarji u professjonisti biex l-istorja tal-Ewropa tibqa' ħajja.

Qed jirrestawrar, jikkonservaw u jippreservaw il-bini, l-istrutturi, il-fortifikazzjonijiet u l-oġġetti li jirrappreżentaw il-wirt kulturali tagħna.

L-UE tirrikonoxxi din il-ħidma permezz tal-premijiet annwali tagħha dwar il-wirt kulturali - magħrufin ukoll bħala l-premjijiet Europa Nostra Englishfrançais . Hemm 27 rebbieħ din is-sena; sitta minnhom se jirċievu wkoll premjijiet għal "kisbiet eċċezzjonali fil-wirt kulturali" u €10 000 kull wieħed.

Il-premjijiet huma appoġġjati mill-programm tal-kultura tal-UE, li mill-2007 ipprovda €26 miljun f'kofinanzjamenti għall-proġetti marbuta mal-wirt kulturali. Dan huwa investiment fl-industriji kreattivi u kulturali Ewropej, li jimpjegaw madwar 8.5 miljun ruħ u jagħtu 4.5% tal-prodott gross domestiku tal-UE.

Fost ir-rebbieħa 2011 Englishfrançais nsibu:

  • il-mużew miftuħ Weald & Downland f'Chichester, fir-Renju Unit - ċentru għall-konservazzjoni ta' bini storiku, li jħarreġ studenti, professjonisti u volontiera f'oqsma bħal strutturi tal-injam u tiswija ta' strutturi tal-ġebel storiċi
  • l-Istazzjon Ċentrali ta' Antwerp, fil-Belġju - il-"katedral tal-ferrovija" tas-seklu 19 ġie kemm restawrat kif ukoll mibdul fi stazzjon modern b'passaġġ tal-ferrovija minn taħt fuq tliet livelli
  • l-arkeologu Tomáš Durdík - li ilu 25 sena jagħmel riċerka, jikkonserva u jipproteġi kastelli u fortifikazzjonijiet fir-Repubblika Ċeka u r-reġjuni ta' madwar
  • l-istudju arkitettoniku taż-żona ta' lqugħ tan-NU fil-belt iffortifikata ta' Nikosija, f'Ċipru - eżempju ta' proġett ta' konservazzjoni f'żona sensittiva li jinvolvi xjentisti u ħaddiema oħra kemm mill-komunità Ċiprijotta Griega u kemm minn dik Torka
  • Förderverein Kloster Bredelar, f'Marsberg, il-Ġermanja - il-grupp ta' volontiera salvaw monasteru mir-rovina billi biddluh f'ċentru soċjali u kulturali

Iktar dwar appoġ għall-kultura u l-wirt kulturali DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli