Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Kważi 22 sena wara t-tnedija ta' Erasmus, żewġ miljuni studenti setgħu jistudjaw jew jaħdmu barra pajjiżhom bl-għajnuna tal-programm.
Qatt ġiek il-ħsieb li tistudja f'Barċelona jew li ssegwi apprendistat f'Londra? Għas-sena akkademika waħeda tal-2007/2008, 160,000 student Ewropew u 27,000 għalliema minn istutuzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja marru barra pajjiżhom biex jistudjaw jew jgħallmu.
Korsijiet li ġew segwiti minn studenti f'pajjiż ieħor huma rikonoxxuti mill-università f'pajjiżhom, għalhekk perjodu ta' studju jew aktar barra pajjiżhom hu definittivament mhux ħela ta' żmien. Apparti milli jwessa' l-opportunitajiet akkademiċi tagħhom, fuq livell personali l-programm irawwem kapaċitajiet interkulturali u jgħin lill-istudenti jsiru aktar indipendenti. Għoti ta' flus fix-xahar ta' madwar €250 - skont fejn tinsab l-università ta' minn jirċievihom - jingħataw għall-ispejjeż ta' kuljum.
Il-programm jippromwovi wkoll skambji bejn għalliema u kooperazzjoni bejn entitajiet ta' edukazzjoni għolja fl-Ewropa kollha u lilhinn minnha. Aktar minn 4,000 istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja f'31 pajjiż - li jinkludu 90% tal-universitajiet tal-UE - attwalment jipparteċipaw fil-programm. Din iċ-ċifra għandha tiżdied meta l-Kroazja u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jissieħbu f'Erasmus aktar tard din is-sena.
L-għotjiet ta' flus tal-programm Erasmus jingħataw ukoll għal apprendistati f'kumpaniji u f'organizzazzjonijiet barra l-pajjiż. Din l-għażla qed tattira għadd dejjem jiżdied ta' studenti - madwar 20,000 fl-2007/08.