Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Bħala parti minn kampanja ta' promozzjoni għad-drittjiet tat-tfal, iż-żgħażagħ huma mistiedna biex jipparteċipaw f'konkors tal-powsters. Għar-rebbieħa hemm premijiet u vjaġġ lejn Brussell.
L-għan prinċipali tal-kompetizzjoni ta' din is-sena hija l-idea li t-tfal għandhom id-dritt ta' protezzjoni mill-abbuż u t-traskuraġni. Il-partiċipanti huma mitluba jiddisinjaw powster li juri dan il-fattur.
Il-Kummissjoni tittama li l-konkors iwassal biex it-tfal jitkellmu dwar is-sitwazzjonijiet fejn jistgħu u għandhom jitolbu l-għajnuna. Biex tħeġġeġ ir-riflessjoni, għandu jkun hemm żewġ kategoriji ta' etajiet (10-14 u 15-18) u l-parteċipanti għandhom jaħdmu fi gruppi ta' mill-inqas erbgħa. Huma disponibbli għodod għat-tgħalim għall-adulti biex li jixtiequ jkunu involuti.
Din hija t-tielet sena għall-konkors li s-sena l-oħra ġibed aktar minn 6,000 parteċipant (tlett darbiet aktar mill-2006).
Fl-ewwel fażi l-parteċipanti se jkunu vvalutati fuq livell nazzjonali. F'kull pajjiż, il-premijiet se jingħataw matul ċerimonji li se jseħħu fl-20 ta' Novembru – Il-Jum Internazzjonali għad-Drittijiet tat-Tfal.
Ir-rebbieħa nazzjonali se jikkompetu fit-tieni parti tal-konkors li jkun fuq livell Ewropew. F'Diċembru t-tliet timijiet li jkunu jinsabu fil-quċċata ta' kull grupp ta' etajiet se jkunu mistiedna fi Brussell għal ċerimonja tal-għotja ta' premijiet u dawra mal-belt u l-istituzzjonijiet Ewropej.
Il-powsters rebbieħa se jittellgħu fuq is-siti web tal-UE u l-uffiċċju tal-Kummissjoni f'pajjiżhom. Jistgħu jintużaw ukoll f'kampanji futuri Ewropej dwar id-drittijiet tat-tfal.
Il-konkors huwa parti minn sforz ġenerali tal-UE biex tassigura li t-tfal jikbru 'l bogħod mill-ħażen. Miżuri oħra għandhom l-għan li: