Mogħdija tan-navigazzjoni

Laħam ippreżervat ma' xi panini u tadama © EU

Is-sistema ta' tikkettar ta' kwalità tal-UE tipproteġi 1000 isem użat għal ikel u prodotti agrikoli tradizzjonali.

Fil-15 ta' Frar 2011, Piacentinu Ennese, ġobon tan-nagħġa biż-żagħfran mill-Italja, sar l-1000 isem reġistrat taħt is-sistema tat-tikkettar ta' kwalità tal-UE.

Is-sistema tgħin biex tipproteġi u tippromwovi marki kummerċjali tal-prodotti agrikoli u l-ikel tradizzjonali Ewropew. Tipproteġi l-ħidma ta' eluf ta' bdiewa u prodotti artiġġjanali tal-ikel biex iżommu u jibnu fuq il-wirt rurali tal-UE. Tagħti wkoll il-fiduċja lill-konsumaturi fl-ikel li jixtru bit-tikketta.

Ladarba marka kummerċjali ta' ikel jew prodott agrikolu tradizzjonali tkun irreġistrata taħt waħda minn tliet marki ta' kwalità, l-UE tistinka biex tiżgura li ħadd ma juża l-marka protetta u jagħti tikketta falza lil prodotti oħra.

Pereżempju, issa l-ġobon magħmul b'ċertu mod minn razez ta' nagħaġ speċifiċi u li joriġina mill-provinċja ta' Enna fi Sqallija biss jista' jkollu t-tikketta ‘Piacentinu Ennese'. Il-produttori tal-ġobon issa jistgħu juru l-logo tal-marka ta' kwalità tad-Denominazzjoni Protetta ta' Oriġini tal-UE.

Minn meta nħolqot fl-1992, is-sistema rreġistrat prodotti bħall-perżut Parma, il-ġobon Roquefort u t-torti tal-majjal Melton Mowbray taħt waħda minn tliet tikketti:

Denominazzjoni Protetta ta' Oriġini: tkopri ikel u prodotti agrikoli prodotti, pproċessati u ppreparati f'ċertu żona ġeografika bl-użu ta' metodi rikonoxxuti.

Indikazzjoni Ġeografika Protetta: tkopri ikel u prodotti agrikoli marbuta mill-qrib ma' żona ġeografika. Mill-inqas wieħed mill-istadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-preparazzjoni ssir fiż-żona speċifika.

Speċjalità Tradizzjonali Garantita: turi t-tradizzjonalità tal-ikel, skont minn xiex hu magħmul jew kif isir.

S'issa, 505 tipi ta' ikel huma rreġistrati bħala DPO, 465 bħala IĠP u 30 bħala STG. Ir-reġistrazzjoni mhix awtomatika. L-UE għandha l-ewwel tifli applikazzjoni u produtturi oħra jistgħu jopponuha.

L-inbejjed u l-ispirti tal-UE huma protetti minn sistema ta' tikkettar differenti.

Titjib fl-ittikkettar ta' kwalità

L-UE issa qed taħdem biex ittejjeb is-sistema ta' tikkettar ta' kwalità. Il-Kummissjoni għamlet proposta leġiżlattiva DeutschEnglishfrançais f'Diċembru 2010 biex tissimplifika s-sistema u tagħmel it-tikkettar iktar faċli biex jintuża u biex jinftiehem.

Ikel irreġistrat bħala DPO u IĠP kellu fatturat gross ta' madwar €14bn fl-2007, skont studju .

Iktar dwar is-sistema ta' tikkettar ta' kwalità tal-ikel tal-UE DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli